Transcript Djar ta` l
Id-djar ta’ l-annimali tar-razzett Din hija d-dar tal-kelb. Fil-kaxxa hemm kelb abjad. Il-kelb iħobb igerrem l-għadam. Din hija tiġieġa. U dan huwa serduk. It-tiġieġa u s-serduk jgħixu fil-gallinar. Fir-razzett hemm qattus sabiħ. Il-qattus jorqod fil-qoffa. Ġieli jiġri wara xi ġurdien! Iżda l-ġuriden jaħrab u jmur jistaħba fit-toqba. Fit-toqba il-qattus ma jaqbdux! Fir-razzett hemm fenek kannella. Il-fenek jorqod ġo gaġġa. Iżda filgħodu dan ilfenek joqgħod fl-għalqa. Fir-razzett hemm ħanżira. U hemm qażquż ukoll! Dawn jgħixu fil-maqjel. Isma’ dak il-barri! U ara kemm hi sabiħa dik il-baqra. Dawn jgħixu fil-mandra. Din hija stalla mimlija silla. Fl-istalla hemm żiemel u ħmar. Tgħidx kemm jiġri ż-żiemel! Ara din ilpapra! Kemm tħobb iċċafċaf fl-ilma! Il-papra tgħix fil-vaska! Ara din il-bejta! Fil-bejta hemm il-bajd! Mill-bajda jfaqqas pespus u l-għasfura tgħidx kemm tieħu ħsiebu. Min jorqod hawn? Fl-istalla jkun hemm... • żiemel • ħmar • papra Min jorqod hawn? Fil-vaska jkun hemm... • baqra • qattus • papra Min jorqod hawn? Fil-gallinar ikun hemm... • ġurdien • serduk • kelb Min jorqod hawn? Fil-kaxxa jkun hemm... • kelb • tiġieġa • qattus Min jorqod hawn? Fil-qoffa jkun hemm... • qattus • fenek • ħmar Min jorqod hawn? Fil-toqba jkun hemm... • ġurdien • barri • żiemel Min jorqod hawn? Fil-gaġġa jkun hemm... • tiġieġa • fenek • baqra Min jorqod hawn? Fil-maqjel ikun hemm... • qattus • ħanżira • żiemel Min jorqod hawn? Fil-mandra jkun hemm... • barri • serduk • għasfur Min jorqod hawn? Fil-bejta jkun hemm... • għasfur • ġurdien • ħanżir Bravi tfal!